Binjiet maestuzi

Bini magħruf bħala l-Palazz Presidenzjali

altminn Charles B. Spiteri

Għalkemm il-White House hi waħda mill-aktar binjiet magħrufa fid-dinja u jżuruha miljuni ta’ viżitaturi kull sena, ftit huma dawk li tabilħaqq jifhmu u jafu bit-tqassim u l-istorja tagħha.

Oriġinarjament, il-bini kien magħruf bħala l-Palazz Presidenzjali jew id-Dar Presidenzjali. Dolly Madison kienet irriferiet għaliha bħala l-Kastell Presidenzjali.

Madankollu, sal-1811, insibu l-ewwel xhieda fejn il-pubbliku beda jsejħilha l-White House, u dan minħabba li l-faċċata tagħha kienet imbajda bl-abjad. U kien il-President Theodore Rossevelt li fl-1901 taha l-isem formali ta’ The White House, li beda jintuża fl-istationery kollha tal-President.

 

Il-Palazz ta’ Westminster u ġrajjietu

altminn Charles B. Spiteri

Il-Palazz ta’ Westminster, magħruf ukoll bħala l-bini tal-Parlament Ingliż, hu kumpless ta’ bini fil-Gran Britannja. Il-palazz jinsab fix-xatt tan-naħa tat-tramuntana tax-Xmara Thames, fil-belt ta’ Westminster, qrib il-bini governattiv ta’ Whitehall.

Il-palazz fih madwar 1,100 kamra, 100 sular ta’ taraġ u tliet mili (5km) ta’ kurituri. Il-bini hu mifrux fuq erba’ sulari

Għalkemm il-bini jmur lura għas-seklu 19, l-elementi li fadal mill-bini storiku oriġinali jinkludu s-Sala Westminster -- li llum tintuża għal ġrajjiet ċerimonjali pubbliċi bħal meta jmut xi ħadd kbir – u t-Torri tal-Ġojjelli.

 

Il-Palazz tad-dinastija Savoia

altminn Charles B. Spiteri

Il-Palazz fuq stil Barokk ta’ Venaria Reale, inbena mid-dinastija Savoia ’il barra mill-belt ta’ Turin matul is-sekli 17 u 18. Meta Emmanuele- Filiberto, Duka ta’ Savoia, mexxa ’l-kapitali lejn Turin, fl-1562, beda sensiela vasta ta’ proġetti. Din il-ħidma tkompliet mis-suċċessuri tiegħu, biex juru l-kobor u l-qawwa tagħhom fit-tmexxija.

Fl-1659 sar il-proġett grandjuż tad-Duka Carlo Emanuele II, li bena post fiss għall-kaċċa, biex permezz tar-ritwali tal-kaċċa, ikun jista’ jiċċelebra l-kobor tad-Dukat. Għalhekk bena dan il-Palazz b’ħidma tant delikata li tqies bħala l-kuruna tal-kapitali Turin. Ix-xogħol f’Castellamonte, li beda fl-1659 intemm fl-1657 u kien jikkonsisti f’Villaġġ, il-Palazz Irjali u l-Ġonna. Dan kollu kien jestendi fuq art, f’qies ta’ madwar żewġ kilometri.

   

Il-Palazz Imperjali fiċ-Ċina

altminn Charles B. Spiteri

Beijing, fiċ-Ċina, hi dominata mill-Palazz Imperjali enormi, li tlesta fl-1420. Peress li aktar minn 500 sena ilu, dan il-palazz kien bogħod ferm mill-pubbliku, iċ-Ċiniżi jirreferu għalih bħala l-Belt Miċħuda. Illum, dan il-palazz jinsab imniżżel fil-lista tal-UNESCO għall-bini meqjus bħala Wirt Dinji.

Mill-1420 sal-1644, il-Belt il-Miċħuda kienet is-sede tad-Dinastija Ming. F’April 1644, inħatfet mill-forzi ribelli mmexxija minn Li Zicheng, li pproklama lilu nnifsu Imperatur tad-Dinastija Shun. Iżda ma damx ma ħarab qabel ma l-armati tal-Ġeneral Wu Sangui tad-Dinastija Ming, ingħaqdu mal-forzi Manchu. Sa Ottubru, il-Manchus kisbu supremazija fin-naħa ta’ fuq taċ-Ċina. Saret ċerimonja fil-Belt il-Miċħuda biex tipproklama liċ-ċkejken Imperatur Shunzhi bħala mexxej taċ-Ċina kollha taħt id-Dinastija Qing. Il-mexxejja Qing bidlu l-ismijiet prinċipali biex aktar jenfasizzaw l-‘Armonija’ milli s-‘Supremazija’.

 

Il-Palazz ta’ Buckingham fl-Ingilterra

altminn Charles B. Spiteri

Il-Palazz ta’ Buckingham inbena u tlesta minn Edward Blore fl-1850 u reġa’ kien disinjat mill-ġdid fl-1913 minn Sir Aston Webb. Ir-Reġina Vittorja, l-ewwel monarka li għexet f’dan il-Palazz għamlet hekk meta tlesta fl-1837, u hekk kif ħadet it-tron.

Dan il-Palazz jinsab fil-Belt ta’ Westminster u hu l-post ideali għal okkażjonijiet statali, ospitalità rjali, u fuq kollox attrazzjoni turistika. Hu wkoll il-post fejn ħafna nies Ingliżi ltaqgħu fi żminijiet differenti kemm f’waqtiet ta’ ferħ kif ukoll fi kriżi.

   

Il-Palazz Presidenzjali f’Ateni

altminn Charles B. Spiteri

Il-Palazz Presidenzjali f’Ateni, il-Greċja, hu r-residenza uffiċjali tal-President tar-Repubblika Ellenika. Qabel kien iservi bħala l-Palazz Irjali u dan dam hekk sa ma permezz ta’ referendum fl-1974, tneħħiet il-monarkija.

Id-deċiżjoni li jinbena l-bini li llum iservi bħala d-dar Presidenzjali ttieħdet fl-1868. Dik is-sena twieled Kostantinu, bin Ġorġ I, u eredi tat-tron. L-istat Grieg qatagħha li jippreżentalu dar privata għal meta jilħaq l-età tiegħu.

Wieħed u għoxrin sena wara, meta Kostantinu żżewweġ lil Sophia, Prinċipessa tal-Hohenzollern, l-istat qabel li jinbena l-palazz għall-Prinċep eredi, u sar magħruf bħala Enst Ziller. Il-bini beda fl-1891 u tlesta sitt snin wara fl-1897.

 

Il-Palazz tal-President tal-Filippini

minn Charles B. Spiteri

altIl-Palazz Malacañang, jew kif hu magħruf il-Palazz Malacañan, hu r-residenza uffiċjali tal-President tal-Filippini. Il-palazz jinsab fin-naħa ta’ fuq tax-xatt tax-Xmara Pasig f’Manila. Il-kelma ‘Malacañang’ hi referenza għall-amministrazzjoni tal-President jew il-fergħa Eżekuttiva. Illum, il-kumpless jikkonsisti fil-Palazz innifsu; is-sala Bonifacio (li qabel kienet tintuża bħala d-dar tal-mistednin) użata minn Ferdinand E. Marcos u wara mis-suċċessur Corazon C. Aquino bħala l-uffiċċju tagħha u minn Joseph Ejercito Estrada bħala residenza; is-Sala Kalayaan (qabel il-bini eżekuttiv mibni fi żmien l-amministrazzjoni Amerikana); is-Sala Mabini (il-bini tal-Amministrazzjoni) u l-Bini Eżekuttiv Ġdid (mibni mill-President Aquino) kif ukoll binjiet oħra żgħar.

   

Page 1 of 2

Follow Us

Newsflash: