Batman jinsab il-ħabs!

altminn Charles B. Spiteri

Ġuvni ta’ 23 sena bla xogħol, li jġorr miegħu isem ta’ super eroj, għadu kif intbagħat għal kważi tliet snin ħabs wara li nqabad jisraq u jieħu d-droga.

Batman bin Suparman, inqabad darbtejn fuq kamera tas-CCTV jidħol f’sala tas-snooker f’Singapore, u fiż-żewġ okkażjonijiet seraq total ta’ €299. Hu ammetta bosta akkużi, fosthom li seraq il-‘card’ ta’ ħuh, tal-Bank, biex ġibidlu bla ma qallu €388 biex jixtri l-eroina. Għalhekk, Batman intbagħat il-ħabs għal 33 xahar.

Batman, li kien arrestat fid-19 ta’ Awwissu 2013 u mibgħut il-ħabs, sar sensazzjoni soċjali tal-midja, wara li b’xi mod, il-Karta tal-Identità tiegħu, li turi l-istrambezza f’ismu, dehret fuq l-Internet. Minn kif jirriżulta, Batman bin Suparman twieled fit-13 ta’ Mejju tal-1990.

F’temp ta’ ftit ħin inħolqot ‘fan page’ fuq il-‘Facebook’ bl-isem ‘Batman bin Suparman Fan Club’, li kisbet aktar minn 11,000 ‘like’. Ċertu Kevin Yang kiteb: “L-idolu tagħna jinsab maqful il-ħabs. Hemm xi ħadd li jista’ jħarrbu?
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: