Arti ta’ rquqija fis-sushi

altBi snin ta’ taħriġ meħtieġ biex issir itamae – kok tradizzjonali Ġappuniż – mhix ħaġa tal-iskantament li l-ikel ikun arti fil-Ġappun. Iżda koka kreattiva rnexxielha tmur aktar lil hinn, meta litteralment ħolqot artiġjanat bis-sushi.
 
altTama-chan, jew kif hi magħrufa bħala l-illustratriċi Takayo Chiyta – tifforma r-ross u l-ħaxix tal-baħar f’varjetà ta’ disinji, minn cartoons ta’ qtates u fjuri żgħar daqs gidma, għal kopji ta’ ritratti famużi bħall-Girl With A Pearl Earring ta’ Vermeer għal The Scream ta’ Edvard Munch.
 
Il-koka minn Tokjo tuża l-kuluri tal-ikel, soy sauce u l-green wasabi, biex tagħti l-kulur lir-ross, ħalli tagħmel il-kreazzjonijiet ‘makizushi’ jew sushi rrumblat.
 
altSkont it-tradizzjoni, l-ħaxix tal-baħar, ir-ross u l-ingredjenti l-oħra – bħal ħut nej, ġinġer u ħaxix – jinfirxu fuq tapit tal-mejda, magħmul mill-bamboo, jiġu rrumblati u mqattgħin fi tmien partijiet. Iżda għal Tama-chan, qabel ma tqattagħhom tagħti l-kulur għad-disinn li tkun tixtieq. Dan ikun il-waqt li tant tistenna, biex tara li d-disinji tal-makizushi tagħha, joħorġulha tajbin, għax sa ma taqsam ir-romblu, ma tkunx taf eżatt kif se joħorġilha x-xogħol. 
 
altHi tisħaq li fl-arti tagħha m’hemmx ċans li tirranġa, speċjalment l-espressjonijiet tal-uċuħ. L-ewwel qatgħa tar-romblu tkun dejjem mument speċjali għal Tama-chan.
 
Tant daħlet fil-ħidma tagħha, li sa ħolqot website bl-isem Sushi smile of Tama-chan. Fiha tiddeskrivi l-missjoni tagħha biex tinkuraġġixxi l-edukazzjoni u l-gost fl-ikel permezz ta’ dan l-ikel Ġappuniż.
 
Ġeneralment, il-koki Ġappuniżi tas-sushi jieħdu taħriġ ta’ 20 sena – għalkemm hemm korsijiet iqsar għal dawk li jaħdmu f’ristoranti esklussivi, barra l-Ġappun.altalt
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: