Arloġġ li jwasslek sal-qabar

altXi żmien ilu kien hawn websajt li tħabbar il-jum li fih ikunu se jmutu l-individwi li jkunu jixtiequ jafu l-ġejjieni tagħhom. Issa għadu kif kien prodott arloġġ, li mhux biss iħabbarlek meta se tmut, iżda jnaqqaslek is-sigħat, il-minuti u s-sekondi!
 
Min ikun se juża l-arloġġ, li ngħata l-isem ta’ Tikker, irid jimla kwestjonarju fuq l-istorja medika tiegħu, qabel ma jnaqqas l-età li jkollu. Imbagħad, ir-riżultati miksuba mill-kwestjonarju u t-tnaqqis l-ieħor, joħorġulu l-iskor ta’ mewtu, li jidher iteptep u jaqta’ sekonda wara l-oħra mill-iskor finali.
 
altL-idea għal dan l-arloġġ ġiet lill-inventur Żvediż Fredrik Colting, wara li ġarrab it-telfa ta’ nannuh. Meta intervistat, hu qal li ma ħarisx lejn l-invenzjoni bħala xi ħaġa morbuża. Anzi, hu jirreferi għal Tikker bħala ‘L-arloġġ tal-ferħ’ u arloġġ li jgħin lin-nies igawdu l-aqwa ħin tal-ħajja li jkun fadlilhom x’iqattgħu fid-dinja.
 
Colting ikompli jgħid li waqt li l-mewt mhix negozjabbli u ma tistax tilħaq kompromessi magħha, iżda mal-ħajja tista’. Għalhekk, kull individwu, jaf ikun jixtieq ikollu b’ċertezza meta se tkun l-aħħar ġurnata tiegħu f’din id-dinja biex jagħraf jgħix ħajtu aħjar, u jilħaq iwettaq kulma jkun jixtieq jagħmel.
 
L-arloġġ Tikker kellu jkun għall-bejgħ minn April li ġej, u l-prezz tiegħu se jkun ta’ €42.39
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: