Izzewwigt Vegana - X'ghamilt b'idejja...

Izzewwigt Vegana - X'ghamilt b'idejja...

addattat għall-Malti minn Ludvic Azzopardi Ferrando
Price per Unit (piece):
€11.00
+
-

Code
9789990916904
ISBN
978999091690-4
Year
2017
Author
Others  
Cover
Paperback
Size
L 19.7 cm x W 13.0 cm
Pages
160 pages
Weight
190 gr.
+
-
mill-bestseller Taljan ta' Fausto Brizzi
 
L-avventuri traġikomiċi ta' onnivoru, li jiżboxxla wara mara mdorrija tiekol affarijiet li għalih tajbin biss għall-mogħoż u n-nagħaġ. Ktieb li jqanqal tbissima fuq waħda mill-ossessjonijiet tal-middle class moderna: l-ikel tajjeb għas-saħħa u moralment aċċettabbli.
 
Iż-żwieġ ma' vegana jwassal għal konsegwenzi li ma tistenniex. Taf issib ruħek fuq it-terrazzin tmaxtar il-ħaxix minn ġo qasrija. Issir taf ukoll, li biex iżżomm din id-dieta tiġi bżonn balla enerġija u — min jaf għaliex? — flus. Affarijiet li jqabbduk nervi ta' vera, iżjed u iżjed meta wara xhur ta' torturi, b'sorpriża u kważi b'tikazzjoni jkollok tammetti li għall-ewwel darba f'ħajtek ir-riżultati mediċi joħorġu perfetti. Hu x'inhu, l-istorja bejn Fausto u Claudia tispiċċa tajjeb, fis-sens li Claudia tirbaħ (tiġri bih, jekk irridu nkunu preċiżi) u Fausto jċedi (mingħajr ebda dinjità). Biss, proprju lejn l-aħħar, titfaċċa kumplikazzjoni: il-wasla ta' tarbija. Fausto se jkollu qalb irabbiha vegana mit-twelid?

Add comment


Security code
Refresh

Send cart to a friend

Your cart is empty

Follow Us

Newsflash: