Rokit

Rokit

Price per Unit (piece):
€15.00
+
-

Code
9789990916393
ISBN
978999091639-3
Year
2017
Author
Cover
Paperback
Size
L 19.7 cm x W 12.7 cm
Pages
416 pages
Weight
470 gr.
+
-
"Din hija l-istorja ta' Rika u Petrel. Jekk tridu. Hija ħafna iktar minn hekk. Jew forsi le. Għiduli intom la taslu fit-tmiem. Nistgħu nżidu aġġettiv u nibdewha hekk: Din hija l-istorja impossibbli ta' Rika u Petrel. 'Improbabbli' forsi aħjar, għax jekk ngħidu li hija impossibbli sinjal li ma ġratx, u naf fiċ-ċert li ġrat."
 
Rokit huwa vjaġġ imqalleb li jibda minn ħarsa fil-lenti ta' kamera, minn ritratt, minn kaxxa sħiħa ritratti. U jkompli b'tidwira tal-globu sa ma l-ponta tas-saba' taqa' fuq tikka ċkejkna bilkemm tidher. Nafuha sew dik it-tikka.
 
Iżda Rokit huwa vjaġġ lejn Malta kif ma nafuhiex, Malta tal-ġejjieni, u anki lejn Malta tal-passat.
 
Petrel, fotografu tal-gwerra, jirnexxilu jasal Malta, iżda dak li jsib mhuwiex dak li kien qed jistenna. Isib Malta maqsuma f'setturi, f'nofs evakwazzjoni, taħt ħakma militari. U qalb din id-deżolazzjoni, Petrel, bil-kamera f'idu, jibda vjaġġ ieħor li jaqsam minn settur għal ieħor, minn fuq l-art għal taħt, minn sular għal ieħor, jipprova jsib irkaptu ta' x'qed jiġri fil-gżira, fid-dar fejn jispiċċa jgħix, kif ukoll fil-labirinti mserrpin ta' moħħu.

Add comment


Security code
Refresh

Send cart to a friend

Your cart is empty

Follow Us

Newsflash: