Veronika

Fid-dell kiesah tal-infedeltà

978-99957-20-54-4
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Claire kellha qrib l-erbgħin, tampar żewġha Gerald. Kienet mara sabiħa, mara taf tħobb, mara ta’ karattru kwiet u ħelu. U kellha kollox: raġel li jħobbha, raġel li jirrispettaha, u żewġt itfal imfarfrin li kienu jadurawha… Iżda minkejja li kellha kollox, telefonata għal għarrieda għodwa waħda taħsadha mill-qiegħ u tqajjem fiha bħal paniku kbir… Kienet telefonata li qajmitha mir-raqda li kienet fiha, li fakkritha filfantażmi tal-passat li ppruvat tinsa, tostor u tidfen… Kienet telefonata li fakkritha fid-dnub li ma jorqodx! U Veronika min kienet? Min kienet din ix-xbejba ta’ sbatax li titlef għaqalha wara Gerald, ir-raġel ta’ Claire? U Ġulja min hi? Ġulja u Veronika huma ħbieb tal-qalb… Iltaqgħu l-ewwel darba l-Junior College u minn hemm bnew relazzjoni ta’ ħbiberija li għal bidu deher li ma seta’ jkissirha ħadd!… Iżda issa li bejn Ġulja u bejn Veronika daħal fin-nofs Gerald, Ġulja ssib ruħha mwarrba… X’tagħmel Ġulja biex terġa’ takkwista r-rispett u l-imħabba ta’ Veronika li fi ftit jiem kienet saret il-mimmi t’għajnejha? Nina wkoll għandha parti f’din il-ġrajja… Imma min kienet din ilmara sabiħa ta’ ftit kliem? Għaliex inħakmet minn xewqa waħda qalila li titħallas minn min kien użaha u wara taha l-ġenb? Nina xtaqet terġa’ tiskopri l-imħabba ta’ darba, imma kif setgħet tagħmel dan meta l-maħbub tagħha kien intrabat bi żwieġ ma’ ħabiba antika ta’ tfulitha?

Additional information

Weight 560.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 352
ISBN 978-99957-20-54-4
Format Paperback
Year of publication 2010

Product categories and tags

SKU: 9789995720544