3Tlieta

3Tlieta

Price per Unit (piece):
€10.00
+
-

Code
9789995764333
ISBN
9789995764333
Year
2016
Author
Cover
Paperback
Size
A5
Pages
216 pages
Weight
310 gr.
+
-

Rachel, tfajla li ħajjitha tinbidel minn lejl għan-nar meta l-għarus tagħha jgħidilha li marritlu l-volontà taż-żwieġ u jitlaqha. Għall-ewwel tkun ferm depressa iżda dan sakemm tibda xogħol ġdid ġo fabbrika tal-elettronika. Hemmhekk tiltaqa' ma' Yan u f'qalb Rachel terġa' taqbad dieħla l-imħabba. Iżda Yan iżomm kelmtu meta jgħidilha li jkun se jitlaq lil martu biex jibqa' magħha?

Nathalie, ħabiba antika ta' Rachel li ma tkun tista' tissetilja fl-ebda xogħol. Jum minnhom tiltaqa' ma' Rachel li tgħidilha li fil-fabbrika fejn daħlet taħdem hi kellhom bżonn in-nies. Nathalie tispiċċa taħdem magħha u permezz t'hekk isiru ħbieb sew. Jibdew joħorġu u Nathalie tiltaqa' ma' Taljan jismu Enrico li tinġibed lejh mhux ħażin. Iżda r-relazzjoni tagħhom tibqa' miexja sew minħabba problemi li d-distanza tibda ġġibilhom?

Marisa, tfajla ta' erbgħa u għoxrin sena li tkun taħdem fl-istess fabbrika ma' Rachel u Nathalie. Sħabha kollha jkunu qed joħorġu ma' xi ġuvni u għalhekk tispiċċa mingħajr ħbieb ma' min toħroġ. Jum minnhom tkun qed titkellem ma' Rachel li toffrilha biex tibda toħroġ magħha u ma' Nathalie. Minn hemmhekk tibda ħbiberija sabiħa bejnhom it-tlieta. Iżda Marisa jkollha problema. Din tkun ilha ffissata fuq ġuvni li jismu Simon minn mindu kienet ħafna iżgħar. Milli jidher Simon ma kienx xi wieħed li jissetilja ma' tfajla waħda u għalhekk għal Marisa kull weekend tista' tgħid ikun infern. Iżda x'jiġri meta Simon ikollu aċċident fuq ix-xogħol?

Kif se tiżvolġi l-istorja tagħhom it-Tlieta? 

Add comment


Security code
Refresh

Send cart to a friend

Your cart is empty

Follow Us

Newsflash: