Joseph - L-aqwa zmien ta' pajjizna ghadu gej

Joseph - L-aqwa zmien ta' pajjizna ghadu gej

Price per Unit (piece):
€10.00
Availability


Code
9789993217497
ISBN
978-99932-17-49-7
Year
2017
Author
Cover
Hardback
Size
B5
Pages
350 pages
Weight
1,070 gr.

Il-moviment tal-bidla għal Malta li tkun l-għira tal-Ewropa huwa llum magħqud aktar milli qatt kien qabel. Huwa moviment lest għal suċċessi akbar milli kellu mill-2013 'l hawn għax huwa mmexxi minn Prim Ministru li hu bieżel, li hu bil-għaqal u li jaf x'inhu jagħmel.

Dan hu l-moviment li għadu kbir għax jibqa' jilqa' fi ħdanu b'dirgħajh miftuħa lil kull min irid jaħdem għall-ġid ta' pajjiżna mingħajr ma jħares lura, bla ma jibża' mill-isfidi u mingħajr ma jqis kuluri. Huwa għalhekk li dan il-moviment rebbieħ qed iħares 'il quddiem bl-akbar fiduċja, kuraġġ u determinazzjoni għal suċċess akbar milli diġà kellu.

Il-ktieb li għandek f'idejk hu xhieda ta' dan. Fih, il-Prim Ministru Joseph Muscat jaqsam ħsibijietu u l-esperjenzi tiegħu miegħek u mal-poplu Malti u Għawdxi kollu, kif ukoll jgħidilna x'inhuma xi wħud mill-pjanijiet tiegħu għas-snin li ġejjin.

Fil-ktieb issib ukoll bijografija qasira tal-Prim Ministru, għażla ta' diskorsi li hu għamel bħala l-mexxej tal-pajjiż, ħafna ritratti li qed jidhru għall-ewwel darba, kif ukoll lista ta' kisbiet ewlenin li għamel il-moviment rebbieħ mill-2013 'l hawn.

Ara u ifhem għala dan il-moviment kbir jaf li l-aqwa żmien ta' pajjiżna għadu ġej.

Add comment


Security code
Refresh

Send cart to a friend

Your cart is empty

Follow Us

Newsflash: