L-Istorja tal-Partit Laburista (1920-1940)

L-Istorja tal-Partit Laburista (1920-1940)

Minn qabel it-twelid sal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija
Price per Unit (piece):
€15.00
Availability


Code
9789993217480
ISBN
978-99932-17-48-0
Year
2017
Author
Cover
Hardback
Size
L 25.0 cm x W 18.0 cm
Pages
570 pages
Weight
1,200 gr.

Il-15 ta' ottubru tal-1920 kien il-jum li fih dak li llum nafu bħala l-Partit Laburista beda l-ħajja twila tiegħu. Kien bidu umli, mhux anqas determinat, ta' għaqda ċkejkna li ssawret f'partit, imbagħad f'moviment. għall-ħarsien tal-ħaddiem Malti u Għawdxi, u għall-jeddijiet tiegħu.

Tul il-mixja tiegħu sal-lum, għal ħafna għexieren ta' snin, dan il-partit kien il-ħajt waħdieni ta' kenn għal eluf ta' Maltin u Għawdxin li qalgħu l-ħobża ta' kuljum bl-għaraq ta' ġbinhom u bis-saħħa ta' dirgħajhom. Kemm-il darba l-partit biddel l-għamla tiegħu, u ismu, u x-xbihat tiegħu, mingħajr qatt ma ħalla warajh l-ideali sħaħ u għoljin li għalihom twaqqaf. Dejjem, f'kull żmien, kien id-difiża taż-żgħir u l-leħen ewlieni tiegħu.

F'dan il-ktieb Francis Galea jippreżentalna l-ġrajja tal-ewwel għoxrin sena tal-Partit Laburista. Tiltaqa' mat-tlugħ u l-inżul li minnu għadda fit-tfulija u ż-żgħożija tiegħu, kif ukoll mal-waqtiet ta' qlubija u ta' qtigħ il-qalb li ġarrab fost l-hemm u s-saram ta' min ried jeqirdu. Fuq kollox, tiltaqa' mal-ħsieb qawwi li ta 'l dan il-partit is-saħħa tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin sal-lum.

 

Add comment


Security code
Refresh

Send cart to a friend

Your cart is empty

Follow Us

Newsflash: