Meta Guzi kien Abbati

Meta Guzi kien Abbati

Price per Unit (piece):
€6.95
+
-

Code
9789995767310
ISBN
978-99957-67-31-0
Year
2017
Cover
Paperback
Size
L 19.5cm x W 12.5cm
Pages
192 pages
Weight
200 gr.
+
-
Id-disgħinijiet. Ħal Ħmiri – raħal mimli b’karattri ħelwin, antipatki, antikwati u simpatiċi.  
 
Ruth, omm Ġużi, mara ta’ paċenzja limitata imma bi mħabba kbira għal familtha. 
 
Il-Kappillan, ivvizzjat bil-kafè.
 
Is-Sur Portelli, l-għalliem li bla dubju, grazzi għal Ġużi, akkwista biljett one-way għall-ġenna.
 
Charlie l-pustier, melħa iktar minn dak li jinsab fil-Baħar il-Mejjet.
 
Fr Buttigieg, il-ġenju brillanti li ħadd ma jista’ jifhmu.
 
Manwel is-sagristan, dilettant tal-ġnien u protettur tal-brimb.
 
Godfrey Theuma, li ta’ kull ġimgħa b’paċenzja kbira jorganizza l-laqgħa għall-ġgajta abbatini mferfxa tal-lokal.
 
Il-Leslies, grupp mużikali tat-tiġijiet, impenjat biex ifaħħar ’l Alla bil-mużika u biex jgħinek toħroġ mill-kappella bl-istess sensazzjoni tar-rock show f’Woodstock.
 
Is-Sur Callus, li dejjem ħolom li jsir il-Francis Ford Coppola ta’ Malta.
 
U lil seħibna Ġużi u lil Fr Moran? Se nħallik tieħu l-ħin tiegħek biex issir tafhom waħdek… bil-kwiet. Nawguralek li meta ma ssib lil ħadd biex iżommlok kumpanija, issib lilhom.
 

Add comment


Security code
Refresh

Send cart to a friend

Your cart is empty

Follow Us

Newsflash: