Ghamlu Isem - It-Tielet Ktieb

Ghamlu Isem - It-Tielet Ktieb

Price per Unit (piece):
€10.00
+
-

Code
9789993276319
ISBN
9789993276319
Year
2017
Author
Cover
Paperback
Size
L: 20.5 cm x W: 13.4 cm
Pages
184 pages
Additional Note
Numru: 286
Weight
260 gr.
+
-

Imma għalija l-iktar li nħoss li Joe jispikka, u li lili jagħtini sodisfazzjon kbir, huwa l-programm tiegħu Għamlu Isem. F'dan il-programm jissemmew diversi personaġġi minn kull qasam tal-ħajja Maltija; u bejn informazzjoni u intervisti, jingħata bosta tagħrif dwarhom. Dan kollu jinvolvi ħafna xogħol u riċerka. Huma programmi li jkabbru l-kultura Maltija, jagħtu informazzjoni u tagħrif li jiswew kemm għal dak ġenerali kif ukoll dik ta' riċerka għall-ġenerazzjonijiet futuri. Bonġu Kafe u Għamlu Isem huma segwiti ferm mis-semmiegħa. Għalhekk hija inizjattiva ta' min ifaħħarha li din l-informazzjoni tinġabar f'dawn il-kotba li jġibu l-istess titlu: Għamlu Isem. B'hekk l-informazzjoni tilħaq iktar nies inġenerali u tinżamm ħajja. Huwa wkoll mezz ta' tkabbir tal-ġid letterarju u Joe Julian ħaqqu ta' min ifaħħru ta' dan ix-xogħol, u jħeġġu jkompli jagħtina iktar minn dawn il-programmi u kotba.

Inħossni kburija ferm, Joe Julian, li għalkemm kont għadek żgħir, jien għandi parti, żgħira kemm hi żgħira, mit-tagħlim li jiffurmak.

Maria Mintoff mid-Daħla

Add comment


Security code
Refresh

Send cart to a friend

Your cart is empty

Follow Us

Newsflash: