Sottomissjonijiet ta' manuskritti

An English version follows.

Bil-Malti

Jekk jogħġbok, segwi dawn il-linji gwida jekk tixtieq tissottometti l-manuskritt tiegħek sabiex jiġi kkunsidrat għall-pubblikazzjoni. Pubblikazzjonijiet li jistgħu jiġu sottomessi jinkludu rumanzi, novelli, Melitensia, kotba għat-tfal, dizzjunarji, kotba akkademiċi, textbooks u workbooks.

  1. Ibagħtu sinossi tal-manuskritt/xogħol li tixtieq tippubblika flimkien mal-ewwel tliet kapitli tiegħu. F’każ ta’ pubblikazzjoni ta’ inqas minn 40,000 kelma nkunu neħtieġu l-manuskritt kollu. Dan japplika wkoll għal kotba tat-tfal li jinkludu illustrazzjonijiet jew ritratti.

  2. Nitolbukom tagħtuna bejn 3 u 5 xhur miż-żmien li tissottomettu x-xogħol tagħkom sabiex ngħarbluh u nevalwawh u nkellmukom lura.   

  3. Ix-xogħlijiet għandhom jintbagħtu lill-editur fuq dan l-indirizz - This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
    Tistgħu wkoll tgħaddulna kopja stampata f’dan l-indirizz:
    Book Distributors Limited, 13, Giorgio Preca Street, San Ġwann.
    (kopji stampati li nirċievu ma jingħatawx lura)

  4. Nitolbukom tibagħtulna wkoll kumment dwar is-siwi u l-valur edukattiv, kulturali, akkademiku jew letterarju ta’ dan ix-xogħol sabiex jiġi kkunsidrat għall-pubblikazzjoni.

  5. Il-proċess kollu tal-pubblikazzjoni, (issettjar tat-test, disinn tal-qoxra, u l-bqija), isir b’konsultazzjoni mal-awtur għalkemm id-deċiżjoni finali tkun tal-pubblikatur.  

  6. Is-sottomissjonijiet kollha jkunu trattati bl-akbar kunfidenzjalità.

Noffru wkoll servizzi ta’ ssettjar ta’ kotba, iddisinjar, qari tal-provi, għal min ikun irid jagħmel pubblikazzjoni tiegħu.

Grazzi.

English

Please, follow these guidelines if you wish to submit your manuscript to be considered for publication. Novels, Melitensia, children's books, dictionaries, academic books, textbooks and workbooks may be submitted.

  1. Send a synopsis of your manuscript that you wish to publish together with the first three chapters. In case of a publication with less than 40,000 words, please send the whole manuscript. This also applies to children's picture books.

  2. We kindly ask you to allow 3 to 5 months from the date of submission.

  3. Submissions are to be sent to the editor at This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
    You can also send a hard copy at the following address:
    Book Distributors Limited, 13, Giorgio Preca Street, San Ġwann.
    (submitted hard copies will not be returned)

  4. Kindly include your comments about the educational, cultural, academic and/or literary value of the work being submitted for consideration.

  5. The whole publication process will be discussed with the author. The final decision will be taken by the publisher.

  6. All submissions are treated with strict confidentiality.

We also offer typesetting, design and proofreading services for those who choose to self-publish their work.

Thank you.

Follow Us

Newsflash: