Edward Attard
Edward (Eddie) Attard twieled f'Tas-Sliema fl-1947. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo, fil-Ħamrun. Fl-1966 daħal fil-Korp tal-Pulizija fejn, matul l-ewwel għaxar snin, ħadem f'xogħol amministrattiv. Mill-1977 kien inkarigat mill-pubblikazzjonijiet tal-Korp. Fosthom ir-rivista Il-Pulizija, Il-Kodiċi Kriminali, u Ir-Regolamenti tat-Traffiku. Kien fl-istess żmien li beda r-riċerka dwar l-istorja tal-pulizija, tal-kriminalità, u l-ħabs. Wara li spiċċa mill-Korp tal-Pulizija kompla bir-riċerka u ppubblika l-ewwel xogħol tiegħu, Il-Korp tal-Pulizija ta' Malta (1994). Xogħlijiet oħra ta' l-awtur huma Il-Ħabs, l-Istorja tal-Ħabsijiet f'Malta mill-1800 (2000), Il-Pulizija f'Malta, (1999) – wieħed mill-kotba tas-sensiela 'Kullana Kulturali' (PIN), Delitti f'Malta (2001, BDL), Il-Piena Kapitali (2002, BDL), A History of the Malta Police Force 1800-1964 (2003, Colour Image), Delitti f'Malta – It-Tieni Ktieb (2004, BDL), ħdax-il ktieb fis-sensiela Delitti li Jibqgħu Jissemmew, sensiela ta' omiċidji li twettqu barra minn Malta (BDL), Assassinji Internazzjonali – Enċiklopedija ta' Persunaġġi Assassinati u l-Bijografija tagħhom (2006-PEG), u Il-Ħabs, l-Istorja tal-Ħabsijiet f'Malta mill-1800 (edizzjoni riveduta 2007), Mintoff u De Gray (2008, BDL), u Murder in Malta (2009, BDL).
L-awtur kiteb ukoll sensiela ta' programmi għal Radju Malta u F.M. Bronja. Għamel riċerka għas-sensiela televiżiva ta' Television Malta: 'Delitti Maltin' fl-2000, ta' 'Delitti f'Malta' fl-2003, u Reat fl-2000. Ippubblika wkoll bosta artikli f'gazzetti lokali u huwa l-editur tal-magazin Delitti u Misteri ppubblikat minn Book Distributors Ltd.
Authors
- Anton B. Dougal
- Albert W. Agius
- Charles Daniel Saliba
- Charles Micallef St John
- Edmond Zarb
- Edward Attard
- Emmanwel F. Attard
- Emilio Lombardi
- Francis Xavier Aloisio
- George Cassar
- Gino Lombardi
- Godwin Vella
- Gordon Weston
- Guido Bonett
- Horatio Vella
- Joe Bugeja
- Joe Vella Gauci
- Joseph A. Briffa
- Joseph Sultana
- Lenie Reedijk
- Lino Briguglio
- Lydia Sciriha
- Mario Cutajar
- Marthese Fenech
- Robert L. Dauber
- Martin Morana




