Albert W. Agius
Albert W. Agius, magħruf ukoll bl-isem ta’ Bertie, twieled Birżebbuġa fl-10 ta’ Settembru 1933, bin il-Kaptan Joseph Edward Agius u Rosa xebba Borg.
Huwa ngħata l-edukazzjoni sekondarja tiegħu b’xejn fis-Seminarju Minuri, il-Furjana. Bejn l-1975 u l-1977 għamel kors fil-ġurnaliżmu fl-Università ta’ Malta.
Albert kien impjegat bħala ‘operator’ fit-telekomunikazzjonijiet ma’ Cable & Wireless (1950-1975) u mat-Telemalta (1975-1978). Huwa għamel xi żmien jaħdem ‘part-time’ mal-Forestals (Appliances) Ltd.
F’Novembru 1978 Albert emigra mal-familja tiegħu lejn l-Awstralja fejn, għall-ewwel, kien impjegat bħala skrivan fis-Servizz Pubbliku ta’ New South Wales. Ftit aktar minn sena wara huwa mar Melbourne fejn impjega ruħu bħala fizzjal amministrattiv mal-Commonwealth of Australia. Huwa kellu pożizzjonijiet f’dipartimenti diversi, inklużi sentejn (1987-1989) bħala ġurnalist anzjan (Senior Journalist) fl-iSpecial Broadcasting Service.
F’Melbourne qatta’ bosta snin jaħdem mal-anzjani fid-Dipartiment tas-Saħħa. F’Settembru 1993 kien issekondat mill-Gvern Awstraljan bħala konsulent fis-Segretarjat Parlamentari għall-Kura tal-Anzjani f’Malta. Huwa ppreżenta r-rapport tiegħu, Measuring the Care, f’Diċembru 1993.
Albert inħatar Membru tal-Ordni Sovran, Militari, Ospitalier ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta (magħruf fil-qosor bħala l-Ordni ta’ Malta jew ukoll bħala SMOM) f’Ġunju 1997.
F’għeluq il-millennju, Albert ippubblika it-Teżawru, l-ewwel teżawru bil-Malti, wara ħidma li ħaditlu madwar għaxar snin.
Ħafna nies f’Malta jafu lil Albert W. Agius bħala l-korrispondent ta’ The Times fl-Awstralja sa mill-1983. Din il-gazzetta ppubblikat ukoll serje ta’ aktar minn 150 artiklu miktubin minnu dwar l-esperjenzi tal-emigranti bikrin f’dan il-kontinent. Dan għamillu l-kuraġġ biex jippubblika t-tieni ktieb tiegħu, Maltese Settlement in Australia: Building a Community, li kien stampat f’Melbourne fl-2001.
Fis-sena 2004 Agius ippubblika t-tielet ktieb tiegħu (it-tieni tiegħu fis-sensiela bl-Ingliż dwar l-emigranti Malti fl-Awstralja) bil-Maltese Settlement in Australia II; fears, tears and cheers. Fl-istess sena ħareġ ktieb ieħor bil-Malti, Qwiel, Idjomi, Laqmijiet Maltin u trufijiet oħra.
Din is-sena, jigifieri l-2011, Agius ippublika l-edizzjoni l-ġdida tat-teżawru, it-Teżawru, aġġornat bir-regoli l-ġodda tal-Malti u li fih madwar 8,000 kelma ewlenija. Din l-edizzjoni tinkludi kemm sinonomi kif ukoll antonomi bil-kliem ewlenija bil-kulur biex jiffaċilita l-użu tat-teżawru.
Sa minn ċkunitu, Bertie ħabb l-isport. Barra milli kien jilgħab il-football (Sliema, Melita, Birkirkara) u l-waterpolo (Neptunes) fl-ogħla sfera f’Malta, huwa fforma l-Hockey Association of Malta fl-1967 u kien l-ewwel segretarju ta’ din l-għaqda nazzjonali. Albert ħadem assidwament biex iġib dan l-isport ’il quddiem u rnexxielu jwassal it-tim nazzjonali Malti biex jikkompeti fl-ewwel kampjonati Ewropej fi Brussel, f’Settembru 1970. Huwa kien jilgħab mal-Malta Eastern Club.
Albert huwa miżżewweġ lil Phyllis Tanti u għandhom tliet subien, Robert, Michael u Bernard.
Authors
- Agius, Albert W.
- Attard, Anton F.
- Attard, Edward
- Attard, Emmanwel F.
- Attard, Joe M.
- Baldacchino, Karmenu
- Camilleri, Ronald
- Borg, Andrew
- Borg, John J.
- Borg, Lino
- Briffa, Joseph A.
- Briguglio, Lino
- Bonett, Guido
- Bugeja, Joe
- Camilleri, Ronald
- Cassar, George
- Cassar, Mario
- Cassar, Michael
- Cilia, Daniel
- Cuschieri , Ray & Grima, Melodie
- Cutajar, Mario
- Dauber, Robert L.
- De Lucca, Denis
- Dougal, Anton B.
- Fenech, Marthese
- Flores, Charles
- Formosa, Martin
- Galea, Francis
- Galea, Marc
- Ganado, Albert
- Grech, Josef
- Grech, Sergio
- Lanfranco, Guido
- Leli
- Lombardi, Emilio
- Lombardi, Gino
- Lombardi, Salvinu
- Mallia, Karmel
- Micallef, Mark
- Micallef St John, Charles
- Mifsud, Pawlu
- Mizzi, John A.
- Morana, Martin
- Muscat, Lawrence
- Piscopo, Suzanne
- Reedijk, Lenie
- Portelli, Emmanuel
- Risiott, Liliana
- Said, Edward
- Saliba, Charles Daniel
- Saliba, Evarist
- Sammut, Daniel
- Sciriha, Lydia
- Spiteri, Charles B.
- Spiteri, Lino
- Sultana, Joe
- Sultana, Joseph
- Thake, Robert
- Vella Gauci, Joe
- Vella, Godwin
- Vella, Horatio
- Weston, Gordon
- Xavier Aloisio, Francis
- Zammit, Andrè
- Zarb, Edmond




