Dan il-ktieb huwa antoloġija (ġabra) ta’ Poeżija Maltija addattata speċifikament għat-tagħlim tal-Poeżija Maltija fil-Liċej u fl-iskejjel Sekondarji. Dan il-ktieb qiegħed imfassal biex jgħinek u jiggwidak kif għandek tipprepara u tistudja l-poeżija għal diversi sillabi fosthom: tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u ta’ skejjel privati. Dan il-ktieb hu miktub minn għalliem tal-Malti u għalhekk l-informazzjoni li fih hi ppreżentata b’mod ċar u konċiż.
Fih jinkludi:
- ġabra ta’ 75 poeżija maqsuma kronoloġikament skont id-dati tat-twelid tal-poeti;
- nota ġenerali fuq il-poeti u l-poeżija tradizzjonali u oħra fuq il-poeti u l-poeżija moderna;
- 35 poeta differenti;
- poeti magħrufin kif ukoll oħrajn ġodda jew oħrajn li biż-żmien kważi ntesew;
- nota bijografika ta’ madwar mitt kelma fuq kull poeta li hawn f’din l-antoloġija;
- poeżiji magħrufin sew u oħrajn li rari ssemmew;
- 75 lezzjoni differenti mqassma bl-istess mod:
- Ritratt meħud lokalment marbut mat-tema tal-poeżija li tkun ġejja;
- Taħtu mistoqsijiet biex l-istudenti jaslu għas-suġġett tal-poeżija;
- Il-poeżija tal-poeti bil-versi nnumerati;
- Taħriġ varju mqassam fuq tliet livelli;
- Nota bil-ħsieb, kummenti analitiċi, il-binja, it-termini letterarji u t-tifsir tal-kliem tqil ta’ kull poeżija.
- pariri kif l-istudenti għandhom iwieġbu fl-eżami;
- pariri fuq żbalji ortografiċi (spelling mistakes), stilistiċi u sintattiċi li l-istudenti jagħmlu fit-tweġibiet li jagħtu fl-eżami;
- pariri siewja kif l-istudenti għandhom jistudjaw il-poeżiji;
- glossarju ta’ termini letterarji, b’definizzjoni ta’ kull waħda u eżempju;
- taħriġ speċifiku (tisliba, taħriġ fuq poeżiji, imla l-gradilji) fuq it-termini letterarji għal kull klassi tas-sekondarja;
- żewġ attivitajiet kulturali, waħda f’Malta u oħra f’Għawdex, għall-istudenti Maltin u Għawdxin;
- kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.
Il-poeti mdaħħla f’din l-antoloġija huma:
Ġan Anton Vassallo (1817 – 1868); Annibale Preca (1832 – 1901); Dwardu Cachia (1858 – 1907); Dun Karm Psaila (1871 – 1961); Anastasju Cuschieri (1876 – 1962); Ninu Cremona (1880 – 1972); Ġużè Delia (1900 – 1980); Mary Meilak (1905 – 1975); Rużar Briffa (1906 – 1963); Ġorġ Zammit (1908 – 1990); Ġorġ Pisani (1909 – 1999); Anton Buttigieg (1912 – 1983); Karmenu Vassallo (1913 – 1987); Dun Frans Camilleri (1919 – 1990); Parti Marjanu Vella (1927 – 1988); J.J. Camilleri (1928 – ); John Sciberras (1932 – 2004); Victor Fenech (1935 – ); Daniel Massa (1936 – ); Achille Mizzi (1939 – ); Carmel Attard (1943 – 1994); Joe W. Psaila (1943 – ); Mario Azzopardi (1944 – ); Dun George Mercieca (1944 – ); Philip Sciberras (1945 – ); Ġorġ Borg (1946 – ); Joe Friggieri (1946 – ); Oliver Friggieri (1947 – ); Carmel Calleja (1948 – ); Raymond Mahoney (1949 – ); Charles Bezzina (1961 – ); Adrian Grima (1968 – ); Louis Briffa (1971 – ); Donovan Gatt (1986 – ); Vanessa Attard (1989 – )
|