Dan hu t-tieni ktieb fuq dak l-anġlu tant simpatiku li kellu l-laqam ta' Pizellu minħabba d-daqs ċkejken tiegħu. Sewwa jgħidu li l-essenza fil-flixken iż-żgħar tinsab. Għalkemm dan l-anġlu kien daqs tikka kien imqareb ħafnma u mhix l-ewwel darba li sab ruħu fl-inkwiet.
Mill-ewwel ktieb 'l hawn Piżellu għamel pass 'il quddiem. Issa ħa ċ-ċertifikat ta' Anġlu Kustodju. Ħajtu suppost ħadet xejra aktar mimlija bir-responsanilta' imma xi praspura ma tonqosx! Inkella ma jkunx Piżellu.
Jerġa jiltaqa' ma' Robin, issa raġel miżżewweġ li għandu tewmin. Kellu avventura wkoll ma' raġel skultur li pprova jidħak b'wieħed minn ħbiebu u sar jaf b'anġlu li ma tgħallem itir qatt. U tant aktar avventuri. S'issa dejjem irnexxielu jeħlisha b'wiċċ il-ġid. Min jaf x'se jgħamel issa!
Min jaf ikollux aktar avventuri fil-futur? Nisperaw li nkunu nafu bihom aħna wkoll biex inkomplu niggustaw dan il-karattru tant imqareb u gustuż.